Awdjo: X’ġara fit-2 ta’ Settembru fis-snin l-imgħoddija?

Tristan Colangelo, Unsplash

Bħal-lum fl-1798, bdiet ir-rivoluzzjoni Maltija kontra l-ħakma Franċiża, li kienet bdiet ftit tax-xhur qabel ma l-Kavallieri ta’ San Ġwann kienu ċedew il-gżira f’idejn Napuljun Bonaparte.

Fl-1945, l-Imperatur tal-Ġappun iffirma dokument ippreżentat lilu mill-Istati Uniti u l-Alleati tagħha, li kien ifisser li pajjiżu ċeda l-armi, u b’hekk hu meqjus fl-Amerika, bħala l-jum uffiċjali tat-tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija.

Fl-1987, iż-żagħżugħ Ġermaniż Matthias Rust tajjar ajruplan żgħir privat minn Helsinki fil-Finlandja għall-Mosta fl-Unjoni Sovjetika, u niżżlu fil-Pjazza l-Ħamra. Skont Rust, l-għan tat-titjira kien li juri pont immaġinarju bejn il-Punent u Lvant, li jissimbolizza għaqda u paċi bejn dawn iż-żewġ blokki tul il-Gwerra Bierda.

Illum:

Il-Jum Nazzjonali tal-Vjetnam

Jum il-Birra

Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz