Awdjo: X’ġara fil-5 ta’ Settembru fis-snin l-imgħoddija?

  • Bħal-lum fl-1800, il-qawwiet Franċiżi kienu taħt assedju ta’ ribelli Maltin, mgħejjuna minn truppi Ingliżi fil-Belt Valletta. Ċedew l-armi f’idejn l-Ammiral Ingliż Alexander Ball, biex b’hekk bdiet it-triq għal Malta li ssir parti mill-Imperu Ingliż ftit tas-snin wara.
  • Fl-1972, grupp ta’ terroristi Palestinjani attakkaw u ħadu bħala ostaġġ lit-tim olimpiku ta’ Iżrael. Dan seħħ waqt l-Olimpjadi ta’ Munich fil-Ġermanja. 11-il atleta spiċċaw mietu f’dan l-attakk.
  • Fl-1977, ittellgħet fl-ispazju l-vettura Voyager 1 min-NASA, bl-għan li tesplora l-aktar partijiet imbiegħda tas-sistema solari. Sal-lum, hija l-iktar oġġett magħmul mill-bniedem li jinsab ‘il bogħod mill-pjaneta tagħna u l-informazzjoni li qed tiġbor għadha tiġi trażmessa lura lejn id-dinja.
  • Twieled Freddie Mercury fl-1946

Illum:

  • Jum Santa Tereża ta’ Kalkutta
  • Jum Internazzjonali tal-Karità
  • Tagħlaq sninha s-sopran Antoinette Miggiani, li għallmet bosta mill-aqwa kantanti tal-opra Maltin.

Produzzjoni u vuċi: Colin Fitz ta’ 103