Awdjo: X’effett iħalli l-ġlied bejn il-ġenituri fuq it-tfal?

Fit-trobbija tagħhom, it-tfal għandhom bżonn stabbilta’. Hekk spjega l-psikjatra DrPeter Muscat meta mistoqsi minn Newsbook dwar x’effett iħalli l-ġlied bejn il-ġenituri.
Dr Muscat qal li meta jkun hemm ġlied bejn il-ġenituri, it-tfal ibatu ħafna għax jibdew iħossu li l-ġlied ikun qed jiġi kkawżat minħabba fihom.

Dr Peter Muscat qal li f’dawn is-sitwazzjonijiet, it-tfal isofru għax jispiċċaw imorru lura fl-iskola u fil-ħbiberijji tagħhom. Meta jiġri hekk, saħaq Dr Muscat, it-tfal ikollhom bżonn ifittxu l-għajnuna permezz ta’ intervent psikoloġiku.