Awdjo: ‘Wara l-intervent ta’ għada nittama li nfiq’

Wara żmien diffiċli ta’ terapija, għada Beppe Fenech Adami se jkun qed jagħmel l-operazzjoni biex jitneħħa t-tumur minn spalltu.
Ma’ Newsbook.com.mt Beppe qal li jinsab fiduċjuż li għada kollox imur tajjeb.
Esprima tama li ma jdumx ma jirritorna għal ħajja normali.
Bħalissa Beppe jinsab l-Ingilterra biex għada ssir l-operazzjoni.
Aktar kmieni dan ix-xahar, Beppe kien qal ma’ Newsbook.com.mt li t-trattament mediku li kien ħa ħadem u li rċieva riżultati pożittivi wara s-sezzjonijiet ta’ radjoterapija li għamel. Kien spjega li l-isfida li jmiss kienet dik li jitneħħa t-tumur.