Awdjo: “Wara 6 xhur reġgħet ħarġitli l-lukimja u ħloqt app”

Ta' 34 sena, Trevor Mercieca kellu jerġa’ jaffaċċja l-marda tal-lukimja, sitt xhur biss wara li kien sarlu t-trapjant.
Aħbar li nemnmet fih l-ispirtwalità tat-talb iżda propju minnha ispira ruħu biex jirbaħ din il-kriżi spiritwali permezz ta’ app.
Ma’ Newbook.com.mt, Trevor esprima l-esperjenza tiegħu hekk kif is-sena l-oħra l-marda laħqet l-aggressività tagħha tant li l-kura ma kinitx qed taħdem. Stqarr jgħid, li hu u martu kienu tilfu kull tama.
Żied jgħid li fl-Ingilterra, iddaħħal fil-kura intensiva u hemm iġġieled mal-aħħar sigħat ta’ ħajtu wara li għamel bejn tlieta u erbat ijiem f’koma.
Wara li ħareġ mill-koma, it-tobba f’Ingilterra tawhom aħbar ħażina wara oħra, sakemm qalulu li ma jistgħu jagħtuh xejn iżjed u ssuġġerewlu li jinżel lejn Malta u jgawdi lil familtu.
Filwaqt li tenna li fuq il-livell spirtwali t-talb ma qatgħuhx, kien propju f’dak il-jum li ħakmitu bruda spiritwali u nibtet fih l-idea li joħloq l-app Pax Christi.
Spjega kif l-app mhix limitata għall-persuni kattoliċi iżda għal kulħadd għax “Ġesù ġie għal kulħadd.”
L-app tikkonsisti mill-misteri tar-rużarju u kollezzjoni ta' talb.
Għandha wkoll il-parti soċjali fejn wieħed jista’ jtella’ t-talb jew il-kummenti tiegħu, li jkun jista’ jarahom kulħadd.
Fl-istess waqt tħeġġeġ lill-persuni biex jitolbu għal xulxin. Barra minn hekk, wieħed jista’ jirrekordja t-talb personali tiegħu u jaqsamhom ma’ ħaddieħor. Wieħed għandu l-għażla li jisma’ u jaqra t-talb u r-rużarju b’tliet lingwi differenti: il-Malti, l-Ingliż u t-Taljan.
L-app PAX CHRISTI tista' titniżżel mill-App Store u l-Play Store.