Awdjo: Use, Re-Use and Abuse

Use, Re-Use and Abuse huwa proġett li jitratta t-tema tal-vjolenza domestika mtella’ mill-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ tal-Fgura, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Lokali tal-Fgura.
Is-Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ, Ryan Attard spjega ma’ Newsbook.com.mt li l-iskop tad-diska huwa li jwassal messaġġ ta’ pożittività, kif ukoll li twassal aktar għarfien fuq il-vjolenza, kemm dwar dawk li qed isoffruha kif ukoll dawk li qed jikkawżawha.
Spjega li filwaqt li l-viżiv hu sempliċi li juri t-tbatija li jġib l-abbuż, il-moviment tiegħu jwassal messaġġ pożittiv.
Is-Sindku taż-Żgħażagħ spjega li aspett sabiħ tal-proġett kein li laqa’ flimkien għad ta’ żgħażagħ flimkien.
Matul l-attività li ttellgħet nhar l-Erbgħa li għadda nkixef monument, xogħol l-artist Ċensu Fenech.
Tista’ ssegwi l-filmat minn hawn.