Awdjo: Uħud mill-aktar ċajtiet magħrufa tal-1 ta’ April f’Malta

Fost l-aktar ċajtiet tal-1 ta’ April lokali li jibqgħu magħrufa kien ir-rapport f’gazetta lokali li n-NASA kienet qed turi interess fil-Maqluba tal-Qrendi minħabba allegat evidenza ta‘ preżenza ta‘ aljeni.

Kien hemm ukoll it-thabbira fuq l-istazzjon tar-radju nazzjonali li kienu għadhom kemm niżlu fl-ajruport ta’ Ħal-Luqa il-Beatles.

Ċajta oħra kienet meta bulletini tal-aħbarijiet ħabbru li l-ispace shuttle kellha emerġenza u kienet se tiddevja għall-ajruport tagħna.

Tiftakru mela l-Gvern kien iddeċieda li minħabba l-Unjoni Ewropea, is-sewqan f’Malta kien se jibda jsir fuq il-lemin tat-triq, proċess li kien se jibda b’tal-Linja u eventwalment jkompli bil-karozzi privati.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.