Awdjo: Uffiċju ġdid għad-Dar tal-Providenza fil-qalba tal-Belt Valletta

Id-Dar tal-Providenza nediet uffiċju ġdid fil-Belt Valletta bil-għan li jikber l-għarfien dwar il-ħidma ta din id-dar.

Id-Direttur tad-Dar Fr Martin Micallef qal li l-għan ta’ dan l-uffiċċju hu li l-pubbliku jkollu post aktar ċentrali fejn jista’ jingħata l-informazzjoni kollha li jeħtieġ dwar il-ħidma u l-attivitajiet tad-Dar filwaqt li jista’ wkoll jagħmel id-donazzjoni tiegħu. Dan l-uffiċju jinsab fi Triq San Pawl il-Belt Valletta.

Huwa spjega kif dan l-uffiċċju se jservi wkoll biex ir-residenti jkunu jistgħu iqiegħdu għall-wiri x-xogħlijiet tagħhom waqt li jservi ta’ opportunita’ ta’ inklużjoni.

Fl-awdjo tista' tisma' l-kummenti li Newsbook ħa minn Fr Martin Micallef dwar l-għan ta dan l-uffiċju kif ukoll dwar il-potenzjal li għandhom ir-residenti tad-Dar tal-Providenza.

Intant il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Marie Louise Coleiro Preca irringrazzjat lid-Dar tal-Providenza għal dawk li sejħet bħala l-eżempji ħajjin li dejjem tat dwar l-inklużjoni soċjali. Hija sostniet li dan l-uffiċċju se jkun pass kbir għad-Dar tal-Providenza li issa għandha l-opportunita’ turi l-abbiltajiet tar-residenti tagħha fil-qalba tal-Belt Valletta.