Awdjo: Tuża l-arti biex tqajjem kuxjenza dwar l-ibbuljar

Cristina Formosa ħejjiet stallazjoni tal-arti li turi kif persuna tħossha tiġi żvujtata minn ġewwa meta tispiċċa vittma tal-ibbuljar.
Cristina spjegat ma’ Newsbook.com.mt li fid-dinja tal-lum hemm bżonn li n-nies ikunu iktar konxji tal-ibbuljar u li jieħdu passi meta jindunaw li kwalunkwe persuna tisfa vittma.
Permezz tal-figuri u r-recordings fil-wirja, Cristina turi d-disperazzjoni u l-uġigħ li tesperjenza vittma tal-ibbuljar.
Fl-istess waqt trid toffri kuraġġ u tama, biex min jara l-biċċa xogħol tal-arti tagħha, jispira ruħu jegħleb din il-problema.
Cristina qed issegwi l-kors tal-università biex tgħallem l-Arti u r-Reliġjon.
Il-biċċa xogħol tal-arti ta’ Cristina tinsab għall-wiri fil-bini tal-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika, 213, Triq Brared, f’B’Kara.