Awdjo: Trio ta’ volontiera għall-Kambodja

L-esperjenza se tkun ibbażata f’orfanatrofju u minkejja li se tkun twila biss ġimgħatejn, il-grupp se jkun qed iwitti t-triq għal aktar proġetti fil-futur.

Skont kif spjega Silvan Farrugia, l-għan oriġinali tal-grupp li qed jissejjaħ Reaching Cambodia, kien li sempliċiment jiġbor flus għat-tfal li se jkunu qed jgħinu. Iżda wara li raw il-konkorrenza u l-ġenerożità tal-Maltin, il-grupp beda jesplora possibilità ta’ proġetti ġodda.

Għal Silvan u martu, din se tkun l-ewwel esperjenza ta’ volontarjat.

Għaddejja ħidma fuq proġetti ikbar, fosthom post apposta fejn jinżammu r-roti għax skont kif spjega Silvan, ix-xita tal-monsun tkaxkar kollox magħha.

Matul din l-esperjenza, il-grupp se jkun qed jikteb fuq blogg apposta filwaqt li iktar il-quddiem, se jkun imniedi ukoll sit elettroniku ġdid.

Tista’ iżżur ukoll il-paġna fuq Facebook: https://www.facebook.com/pages/Reaching-Cambodia/506993516051161