AWDJO: Tnaqqis fir-rating finanzjarju tal-kreditu tar-Renju Unit

Għall-ewwel darba mill-1978, ir-Renju Unit tilef ir-rating finanzjarju tal-kreditu ta’ AAA hekk kif il-prospetti għal tkabbir ekonomiku fis-snin li ġejjin jibqgħu baxxi. L-aġenzija tar-rating Moody’s kienet l-ewwel waħda li niżżlet lir-Renju Unit mill-ogħla livell għal dak ta’ AA1. Moody’s qalet li t-tnaqqis tad-dejn tal-gvern Ingliż se jirrapreżenta sfidi kbar fil-ġejjieni.

Il-Kanċillier Ingliż George Osborne qal li din id-deċiżjoni ta’ Moody’s tfakkar fil-problemi ta’ dejn li għandu r-Renju Unit. Isma’ l-awdjo tal-Kanċillier Ingliż bir-reazzjoni tiegħu.

Osborne temm jgħid li l-Gvern Ingliż se jibqa’ għaddej bil-programm tiegħu sabiex jaqta’ d-deficit b’25%.