Awdjo: Tkellimt biex nagħmel kuraġġ ‘il ħaddieħor – Beppe Fenech Adami

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami waqt li tenna r-ringrazzjament tiegħu għall-kuraġġ li qed jingħata mill-pubbliku semma kif it-talb tan-nies qed ikun ta’ kuraġġ biex jaffronta l-kura li se jibda jingħata.
Waqt intervent qasir fuq il-programm Newsbook, is-Sibt filgħodu, Dr Fenech Adami qal li ħass li kellu jitkellem fil-pubbliku mingħajr ħabi dwar is-sitwazzjoni tiegħu sabiex jelimina kull spekulazzjoni u sabiex jagħmel kuraġġ lill min bħalu għaddej minn żmien diffiċli.
Qal iżda li minflok jagħmel il-kuraġġ lil ħaddieħor, spiċċa biex sab lil ħafna nies jagħmlulu kuraġġ u qal li t-talb qiegħed jagħtih l-enerġija meħtieġa quddiem ħames ġimgħat ta’ terapija li eventwalment għandhom iwasslu għall-intervent kirurġiku.