Awdjo: “Tbissima fuq wiċċ it-tfal hi biżżejjed” – Clown Doctor

Hekk kif f’dawn il-jiem qed jiġi ċċelebrat il-karnival, waqt il-programm F’Min Qed Taħseb fuq Radju RTK, preżentat minn George Cremona, ingħatat attenzjoni partikolari lil dak li jgħidulu Clown Doctor.
Dan il-kunċett huwa primarjament intiż sabiex iferraħ lit-tfal li jkunu għaddejin minn problemi ta’ saħħa fl-isptar Mater Dei.   Manuel Catania, li kien preżenti waqt il-programm spjega x’differenza jista’ jagħmel il-Clown Doctor fuq dawn it-tfal. 
Sabiex dawn it-tobba jidħlu fir-rwol ta’ buffu, bil-għan li jferħu lit-tfal u l-esperjenza tagħhom fl-isptar tkun waħda differenti, jieħdu tip ta’ taħriġ apposta.  Interessanti ukoll, li dan ix-xogħol isir fuq bażi volontarja.
Fi kliem Catania dan ix-xogħol jagħtih sodifazzjoni personali.  Hu qal li huwa sodisfazzjon kbir, il-fatt li jkun qed iferrah mhux biss it-tfal iżda wkoll il-familji tagħhom li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni xejn feliċi. 
Finalment Manuel Catania temm jgħid lit-tobba qiegħdin hemm biex jgħinu lill-pazjent. 
Hu ħeggeg lil dawk kollha li huma interessati jidħlu fir-rwol ta’ Clown Doctor billi jidħlu fis-sit www.drclown.org u jħallu d-dettalji meħtieġa.