Awdjo: Tal-LifeCycle jaqdfu 500 kilometru fl-aħħar jumejn

Bejn ilbieraħ u llum ċ-ċiklisti tal-LifeCycle għamlu 480 kilometru hekk kif issa baqalhom sitt ijiem biex jaslu f’San Pietruburgu fir-Russja biex itemmu l-isfida ta’ din is-sena b’risq il-pazjenti morda bil-kliewi.

Il-Ħadd qadfu 260 kilometru filwaqt li llum qadfu 220 kilometru u waslu fil-belt ta’ Tallinn.

Il-kelliema għall-LifeCycle Vanessa Macdonald qalet li minkejja l-ħafna tbenġil, minn meta bdiet l-isfida tal-LifeCycle kien hemm biss żewġ ċiklisti li weġġgħu serjament. 

Intant, tista' tgħin lill-pazjenti morda bil-kliewi billi tagħti donazzjoni fuq:  www.lifecyclechallenge.com.

Isma' il-kumment ta' Vanessa Macdonald billi tagħfas fuq l-awdjo.