Awdjo: Taħdita f’ġieħ San Tumas t’Akwinu

Se tiġi organizzata taħdita f’ġieħ San Tumas t’Akwinu dwar in-natura umana, dak li hu traxxidentali u r-relazzjoni ta' bejniethom.
It-taħdita hija mtella’ mill-Fakultà tat-Teoloġija u l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (GħST) u se titmexxa minn Prof. John Cottingham, Professur Emeritu tal-filosofija mill-Università ta’ Reading. 
Newsbook.com.mt tkellem ma’ Evan Demicoli, membru tal-GħST, li spjega kif il-bniedem dejjem xtaq jiskopri x'inhi t-tifsira ta' ħajtu, minn fejn ġej u diversi drabi jipprova jwieġeb dawn il-mistoqsijiet permezz ta' leġġendi, mitoloġija, filosofija u ħsieb.
Żied jgħid kif l-għan ta' taħdidiet bħal dawn huwa li permezz tar-raġuni u tal-filosofija nsaħħu u nagħtu iktar valur lill-fidi Kattolika.
It-taħdita se tittella’ nhar it-Tnejn, 28 ta’ April fis-7.30pm fl-Aula Magna tal-Università l-Qadima fil-Belt Valletta.