AWDJO: Student Għawdxi huwa r-Rebbieħ tal-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2012

Żagħżugħ ta’ ħamsa u għoxrin sena mill-Qala u student universitarju fit-teoloġija rebaħ il-Premju Żagħżugħ tas-Sena 2012 li jiġi organizzat mill-Moviment Kerŷgma. Iż-żagħżugħ John Paul Cefai mill-Qala Għawdex ġie ppreżentat b’dan il-premju mid-Direttur Ġenerali tal-Moviment Kerŷgma, Fr. Charles Fenech. Matul is-serata ingħata wkoll rikonoxximent speċjali lil Janice Dingli mir-Rabat Malta għax-xogħol volontarju li wettqet mat-tfal orfni fil-Kenya. Għal din iċ-ċerimonja kien hemm preżenti wkoll il-President ta’ Malta Dr George Abela.

Ir-rebbieħ tal-premju ta’ din is-sena John Paul Cefai għamel diversi esperjenzi ta’ ħidma fosthom fl-Arka Respite Centre, fic-ċentru ta’ rijabilitazzjoni San Blas fi ħdan il-Caritas f’Malta, kif ukoll esperjenza ta’ sena fil-Kanada. Ta l-kontribut tiegħu lil diversi għaqdiet, partikularment fi ħdan il-parroċċa tal-Qala. Għal dawn l-aħħar tlettax-il sena huwa kien involut fl-organizazzjoni u t-tħaddim ta’ radju tal-komunità.

John Paul Cefai jorganizza ukoll diversi attivitajiet soċjali u sportivi sabiex iż-żgħażagħ jikbru u jissaħħu bħala grupp u jżommhom magħqudin.

Dan il-premju jingħata kull sena f’ġieħ il-mejjet Dr Rudolph Saliba li kien l-ewwel president tal-Moviment Kerŷgma.

Il-President ta’ Malta Dr George Abela feraħ lil dan iż-żagħżugħ għax-xogħol siewi li qiegħed jagħmel b’mod speċjali fil-komunità tal-Qala. Huwa nkoraġġixxa liż-żagħżagħ kollha preżenti biex jkomplu fix-xogħol fejjiedi tagħhom fil-qasam tal-volontarjat.