Awdjo: Soru Maltija f’Betlem taħdem biex familji foqra jkollhom saqaf fuq rashom

Dun Anton Cassar tkellem ma’ Newsbook.com.mt dwar il-ħidma ta’ soru Maltija f’Betlem biex tgħin familji foqra jsibu fejn jgħixu.
L-Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi Dun Anton Cassar spjega kif iltaqa’ ma din is-soru Maltija waqt żjara f’Betlem li ġiet organiżżata mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa.
Din is-soru Maltija hija mill-Mosta u ilha għal madwar 33 sena tgħix f’Betlem.
Dun Anton tkellem ukoll dwar l-aspett spiritwali ta’ żjara li permezz tagħha grupp ta’ 38 persuna setgħu iżuru Nażaret, Betlem u Ġerusalemm.
Huwa spjega kif meta persuna żżur postijiet bħal dawn, trid tħaddem sewwa l-immaġinazzjoni tagħha sabiex verament tgħix esperjenza spiritwali sinifikattiva.
Newsbook.com.mt ħa wkoll il-kummenti ta’ wieħed mill-parteċipanti f’din iż-żjara, il-Viċi Sindku ta’ Ħal Qormi Jesmond Aquilina.
Semma kif impressjonah l-aktar il-kuntrast qawwi li hemm bejn Iżrael u l-Palestina, anka jekk dawn jinsabu biss ftit passi ‘l bogħod minn xulxin.
Fl-aħħar nett Jesmond Aquilina semma kif għalih personali, il-qofol ta’ din iż-żjara kienet il-Bażilika tan-Nativittà.

Ħalli l-kumment tiegħek b'ismek u kunjomok hawn taħt.