Awdjo: ‘Sibna pappagall fuq il-bejt’ – Sorijiet tal-klawsura

Is-sorijiet tal-klawsura kellhom mistieden mhux tas-soltu, ġewwa l-kunvent tagħhom f’Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.

Il-Madre, Sr Michelina, rrakkontat kif sabu pappagall fuq il-bejt tagħhom.

Il-pappagall, Kiku, huwa tal-familja De Piro, li jgħixu f’Casa Rocca Piccola, faċċata tal-kunvent tas-sorijiet.

Filwaqt li dan l-għasfur eżotiku kien ħaġa ġdida għas-sorjiet, Sr Michelina qaltilna li fil-kunvent hemm jgħixu wkoll kanarin u tlett iqtates.

Madankollu, Kiku xorta kien għasfur ġdid għalihom, li fi kliem il-Madre, kienet ilha ma tara wieħed bħalu għal 52 sena. 

 

Ritratt: Casa Rocca Piccola

 

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt b'ismek u kunjomok.