Awdjo: Sentejn mill-mewt ta’ Avicii

Bħal-lum fl-2018 kien miet id-DJ Żvediż Avicii, li ismu proprju kien Tim Bergling. Kellu 28 sena.

Id-diska numru wieħed fl-Amerika bħal-lum fl-1985 kienet We Are The World ta’ USA for Africa.

U bħal-lum fl-1992 kien sar il-Concert for Life, kunċert bil-parteċipazzjoni ta’ uħud mill-aqwa artisti mużikali ta’ dak il-mument biex ifakkar il-ħajja ta’ Freddie Mercury li kien miet ftit xhur qabel.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.