Awdjo:  Sentejn ilu: Vann isuq fuq folla nies fi Spanja: 14 mejta, 100 midruba

Kien bħal-lum fl-2017, li seħħ attakk terroristiku f’Barċellona fi Spanja, fejn vann saq fuq folla nies, b’14-il persuna jmutu u 100 jweġġgħu.

X’ġara iktar fis-17 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

  • Fl-1999, kien seħħ terremot ta’ 37 sekonda f’Izmit fit-Turkija. Ħalla 17,000 persuna mejta u madwar 50,000 imweġġgħa.
  • Fl-1998, il-President Amerikan Bill Clinton jammetti li ma kienx qal il-verità dwar l-iskandlu tar-relazzjoni tiegħu mal-assistenta tiegħu Monika Lewinsky.

Sport

  • Fl-2008, l-għawwiem Amerikan Michael Phelps isir l-ewwel atleta li rebaħ tmien midalji tad-deheb fl-istess edizzjoni tal-Olimpjadi, dawk ta’ Beijing fiċ-Ċina.

Mużika

  • Fl-1991, il-grupp Nirvana ġibed il-vidjo tad-diska li għamlithom famużi, Smells like Teen Spirit, filmat li sewa ftit flus imma li rebbaħhom diversi awards.

Illum il-festa ta’:

  • Santa Klara ta’ Montefalco
  • Beatu Anġlu Wistin Mazzinghi
  • San Ġjaċint tal-Polonja
  • Santa Beatrice de Silva

Illum ukoll:

  • Jum Dinji tal-Għasel
  • Jum Dinji tal-annimali Abbandunati
  • Jum l-Apprezzament tal-Qtates is-Suwed
  • Jum l-Indipendenza tal-Indoneżja u tal-Gabon

Produzzjoni u qari: Colin Fitz minn 103