Awdjo: “Se naħdmu biex il-volleyball f’Malta jitjieb”

Fil-laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Volleyball Association ġie elett il-kumitat eżekuttiv il-ġdid li se jippromwovi dan l-isport f’pajjiżna.
Jesmond Saliba ġie elett President, James Galea bħala Viċi-President u Tony Sammut bħala Segretarju Ġenerali, Dalton Caruana bħala Kontrollur Finanzjarju u David Bonnici u Leonard Zammit Munro bħala membri.
F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt, il-President il-ġdid Jesmond Saliba qal li se jkun qed jaħdem flimkien mal-kunsill il-ġdid biex il-volleyball jerġa’ jikseb pożizzjoni bħala sport importanti f’Malta.
Huwa saħaq li permezz tal-parteċipazzjoni u prestazzjoni aħjar mill-plejers se jwasslu biex jikber il-profil ta’ dan l-isport f’Malta.
Saliba qal ukoll li l-Kunsill il-ġdid se jaħdem ukoll biex iżid l-involviment ta’ dawk kollha li jħobbu l-logħba u semma’ wkoll il-possibiltà li jinfetħu klabs ġodda.
Saħaq ukoll li l-Kunsill se jara li l-coaches, plejers u referees ikunu trenjati fuq standards għoljijn biex ikomplu jsaħħu dan l-isport.