Awdjo: Sajjetta kienet qerdet dar f’Raħal Ġdid, mietu 3

Bħal-lum fl-1951 waqt maltempata qawwija bil-lejl, sajjeta laqtet u qerdet dar f’Raħal Ġdid, li fiha kien hemm reqdin koppja u d-9 ulied tagħhom. Il-pulizija rnexxielhom joħorġu minn taħt it-terrapien lil 8 mit-tfal, imma l-ġenituri u l-iben il-kbir, li kellu 26 sena, mietu fit-traġedja.

Isma l-awdjo biex tkun taf x’ġara fis-17 ta’ Ottubru tas-snin imgħoddija.