Awdjo: Djaknu Malti għen f’quddiesa mal-Papa Franġisku

Fr Terence Spiteri, Djaknu Malti li qed jgħix u jistudja Ruma, ilbieraħ kellu ċ-ċans li għall-ewwel darba jieħu sehem f’quddiesa mal-Papa Franġisku.

F’kummenti li ta lil Newsbook.com.mt, Fr Terence qal li baqa’ impressjonat bil-mod ta’ kif il-Papa jġib ruħu man-nies. Qal li wara l-quddiesa, il-Papa kellimhom dwar l-importanza li ż-żgħażagħ għandhom jerġgħu jibdew jagħtu valur it-talba tar-rużarju.

Din kienet l-ewwel quddiesa tal-Papa fil-Parroċċa ta’ Sant’Anna f’Ruma.

Preżenti għal din il-quddiesa kien hemm ukoll il-Kardinal Malti Prospero Grech.