Awdjo: Ried isir iż-żagħżugħ l-aktar famuż fid-dinja

Bħal-lum fl-1981 Marcus Sarjeant, żagħżugħ ta’ 17-il sena, spara sitt tiri finta, bl-Ingliż blanks, minn pistola li tintuża għat-tiġrijiet, lejn ir-Reġina Eliżabetta II waqt iċ-ċerimonja Trooping the Colour f’Londra. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u ż-żagħżugħ ġie arresstat u qatta’ tliet snin ġo faċilità tas-saħħa mentali.

Ir-risposta tiegħu meta ġie mistoqsi għalfejn għamel li għamel kienet li ried jagħmel bħal dawk li sparaw fuq John Lennon, il-Papa Ġwanni Pawlu II u Ronald Reagan u jsir l-aktar teenager famuż fid-dinja.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.

Din l-informazzjoni twasslet waqt Today In History fuq l-istazzjon 103, Malta’s Heart.