Awdjo: Rapport tan-NU dwar is-Sirja mistenni jikkonferma użu qawwi ta’ armamenti kimiċi

Rapport li mistenni jinħareġ mill-Ġnus Maqgħuda il-ġimgħa d-dieħla, għandu jikkonferma użu qawwi ta’ armamenti kimiċi li ntużaw fis-Sirja matul ix-xahar li għadda. Is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda Ban Ki-Moon qal dan f’kummenti li ta lill-istampa dwar ir-rapport li mistenni joħroġ dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja.  

Madankollu huwa ma għaddiex kummenti dwar min huwa responsabbli mill-attakk li seħħ fil-21 t’Awwissu f’Damasku, li qal ma jifformax parti mill-għan tar-rapport li qed jithejja. Iżda Ban Ki-Moon stqarr li l-President tas-Sirja huwa ħati ta’ krimini kontra l-umanità.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu u dak tal-Istati Uniti intant għadhom għaddejin bit-taħdidiet tagħhom dwar l-armamenti kimiċi tas-Sirja.