Awdjo: Raġel u żewġ uliedu kienu sabu bomba fix-Xlendi; mietu fuq il-post

Wikimedia

Bħal-lum fl-1947, bomba Ġermaniż li kienet intefgħet in-naħa tax-Xlendi waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, instabet minn raġel u żewġ uliedu. Madanakollu din ħadet u ħalliethom mejta fuq il-post.

X’ġara iktar fid-29 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?

  • Fl-1941, matul it-Tieni Gwerra Dinjija, ċertu Joseph Gauci, bugħaddas tat-Tarzna, ingħata l-British Empire Medal, għarfien tal-ġest erojku tiegħu li baqa’ jaħdem fuq tiswijiet ta’ vapur taħt il-baħar, minkejja li kien għaddej air raid qawwi u kien hemm riskju kbir għal ħajtu.
  • Fl-1960, inbiegħet f’Malta l-ewwel karozza Toyota, mudell li kien jismu Toyopet Crown Deluxe. Din kienet l-ewwel vettura ta’ din id-ditta Ġappuniża li nbiegħet mhux biss f’Malta imma fl-Ewropa kollha, u llum ġiet restawrata u tinsab f’kundizzjoni tajba ħafna.
  • Fl-1997, ġiet iffurmata l-kumpanija Netflix, dak iż-żmien bħala servizz għall-kiri tad-DVDs.
  • Fl-2005, l-Uragan Katrina ħalla diżastru sħiħ u kważi 2,000 ruħ mejta mal-Kosta tan-Nofsinhar tal-Istati Uniti.

Illum:

  • Jum il-Meraq tal-Lumi
  • Jum id-Drittijiet