Awdjo: Petizzjoni biex Gabriel jingħata iktar għajnuna

Il-petizzjoni Leukodystrophy awareness qed issir bil-għan li f’Malta jkun hawn aktar għarfien dwar din il-kundizzjoni fin-nervituri, kif ukoll biex tgħin lit-tfajjel Gabriel li jbati minn din il-kundizzjoni rari.
Ma’ Newsbook.com.mt, Marcelle Abela, omm Gabriel, spjegat li jekk aktar nies ikunu jafu x’inhi l-Leukodystrophy, ikun hemm aktar ċans li r-riċerka timxi ‘l quddiem.
Marcelle kompliet tgħid li hemm bżonn ta’ 3,000 firma f’din il-petizzjoni, u ħeġġet lil kulħadd biex jagħmel differenza.
Marcelle qalet li problemi li għandhom fl-istruttura tad-dar ma jħalluhomx jgħinu lilhom bħala familja u lil binhom.
Tennet tgħid li minħabba l-marda ta’ Gabriel, huma wkoll ikollhom bżonn l-għajnuna. Qalet li ma jridux li jitħassruhom in-nies imma li jifmhuhom.
Marcelle temmet tgħid li ħajjet binha hi ċelebrazzjoni ta’ ħajja.
Tista’ tiffirma l-petizzjoni hawn.