Awdjo: Partita f’Malta tal-1948 li kienet qajmet interess

Bħal-lum fl-1948 kienet saret partita ta’ ħbiberija li qajmet interess kbir fil-gżejjer Maltin, parti minn dak li kien jissejjah Christmas Tourney. Għal diversi snin, fi żmien il-festi kien jiġi mistieden jilgħab diversi partiti f’Malta tim popolari barrani.

Dik is-sena kien imiss lil SK Austria, wieħed mill-aqwa fl-Ewropa tal-era. Wara li għelbu lil diversi klabbs Maltin bi skors kbar, l-Awstrijaċi kienu ġew miżmuma 1-1 minn għażla tal-aqwa plejers Maltin magħżula għal tim bl-isem ta’ MFA XI.

1948

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara bħal-lum fis-snin imgħoddija.