Awdjo: Ninni La Tibkix Iżjed f’Londra

L-iskola Primarja Kattolika ta’ San Tumas ta’ Sevenoaks, immexxija mis-sinjura Claudia Aquilina, taw pjaċir kbir bil-kant meraviljuż tagħhom ta’ għanjiet tal-Miied fi knisja ppakkjata bin-nies.

Din is-sena kantaw għanjiet tal-Milied minn madwar id-dinja kollha. Kien f’dan il-punt li t-tfal kantaw l-għanja bil-Malti, Ninni La Tikbix Iżjed.

Il-filmat mhux jidher bl-uċuh tat-tfal minħabba li waqt il-kunċert, il-ġenituri ma jitħallewx jieħdu ritratti jew jiffilmjaw, madanakollu t-tmexxija tal-iskola għaddewlna wkoll xi ritratti li qed naqsmu magħkom, kif ukoll ksibna l-awdjo tal-mument x’ħin dawn it-tfal kantaw Ninni La Tibkix Iżjed.

St Thomas’ Catholic Primary, Sevenoaks have delighted a packed church with their fantastic carol service. This year it featured Christmas Carols from all over the world. Here is the Maltese one, Ninni la tikbix izjed. The ritornello is in Maltese, the verses translated into English by Fr George Ocar Buttigieg. Well done all.

Posted by Ivan Aquilina on Monday, December 16, 2019

Ir-ritornell huwa bil-Malti, mill-oriġinali ta’ Patri Indrì Schembri, tradotta għall-Ingliż minn Fr George Ocar Buttigieg biex hekk issa l-Għanja Maltija tal-Milied Malti ġiet kantata għall-ewwel darba bl-Ingliż ġewwa Londra.

Prosit lil kulħadd.