Awdjo: Mixgħela u talb fuq il-Fosos illejla

Madwar tlett elef xemgħa llejla se jinxtegħlu fuq il-fosos tal-Furjana waqt l-attività Mixgħela u Lejl ta’ Talb favur il-ħajja fil-ġuf, organizzata mill-Grupp Dawl u Rigal.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Ruth Vella, koordinatriċi tal-attività li qalet li dawn ix-xemgħat ingħataw minn nies ġejjin minn aktar minn 80 parroċċa madwar Malta.

Il-mixgħela se tibda b’quddiesa fil-Knisja ta’ San Publiju fis-6.30 p.m. segwita mit-tqegħid tax-xemgħat fuq il-fosos tal-Furjana.

Wara li jinxtegħlu x-xemgħat jibda lejl ta’ talb favur il-ħajja sas-Sibt f’nofsinhar.

Is-Sibt fid-9am se ssir quddiesa fl-istess Knisja u l-attività tagħlaq bit-talba tal-Anġelus u l-ġbir tax-xemgħat.

Madwar id-dinja jinqatlu kuljum aktar minn 120,000 tarbija bl-abort.