Awdjo: Min jibża’ mill-bram u min isajru!

Bħalma hemm min jibża’ mill-bram, hemm ukoll min isajru! F’intervista waqt il-programm ‘Kulħadd Frisk’ fuq radju RTK, Alison Hili spjegat li xtrat il-brama minn ħanut u allura kellha moħħha mistrieħ li l-brama kienet tajba għall-ikel.

Alison Hili spjegat li tħobb tesperimenta bl-ikel u kienet Sqallija meta xtrat il-bram biex issajru. Hi qalet li għamlet borma bil-misħun u niżlet il-brama diversi drabi fl-ilma u wara żiedet ftit herbs. Dwar it-togħma, qalet li l-brama hi togħma ta’ baħar.