Awdjo: Mhux ħati li kkaġuna ġrieħi serji lil Vince Farrugia

L-Iżviluppatur Sandro Chetcuti nstab ħati mill-Qorti li darab ħafif lill-eks Direttur Ġenerali tal-GRTU, Vince Farrugia.

Il-Maġistrat Edwina Grima ma sabitx lil Chetcuti ħati li kkawża grieħi serji lil Farrugia.

Chetcuti kien oriġinarjament mixli b’attentat ta’ qtil.

Il-Qorti ikkundannat lil Sandro Chetcuti xahar priġunerija sospiża għal sena u ma jistax ikellem lil Vince Farrugia għal sena fuq ordni ta’ protezzjoni ta’ €1,000.

Il-Qorti ordnat ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga uffiċjali għolja tal-GRTU li setgħu xehdu falz waqt is-smigħ tal-każ.

F’kummenti lil Newsbook.com.mt, Sandro Chetcuti sostna li issa se jkompli jgħix il-ħajja pubblika tiegħu u bil-ħidma fl-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA.

Sandro Chetcuti qal li dan il-każ intuża għal skopijiet ulterjuri u qal li għadda minn mumenti diffiċli.

L-avukat Edward Gatt ddeskriva l-każ bħala attakk fil-konfront ta’ Chetcuti.