Bħal-lum fl-1693 kien seħħ terrimot qawwi fil-baħar ta’ bejn Sqallija u Malta li ħalla ħafna ħsarat inkluż it-tiġrif tal-katidral oriġinali tal-Imdina. Hu mifhum li t-terrimot dam 4 minuti u fi Sqallija kien ħalla madwar 60,000 mejta.
Għalkemm ħadd ma ġie rrapurtat li miet f’Malta kawża tat-terrimot, saret ħafna ħsara fil-bini f’kull rokna taż-żewġ gżejjer tagħna.

Isma’ l-awdjo beix tkun taf x’ġara aktar bħal-lum fl-istorja.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.