Awdjo: Meta l-Iżvediżi bdew isuqu fuq il-lemin

Bħal-lum fl-1967, it-traffiku fl-Iżvezja qaleb mis-sewqan fuq ix-xellug (bħal f’Malta) u beda jsuq fuq il-lemin. Il-bidla kienet saret għax il-ġirien tal-pajjiż, in-Norveġja u l-Finlandja kienu jsuqu fuq il-lemin u l-maġġoranza tal-karozzi fil-pajjiż kellhom l-isteering wheel fuq ix-xellug. Sorprendentament, il-bidla saret mingħajr wisq problemi, probabbilment grazzi għall-organizzazzjoni kważi perfetta tal-awtoritajiet Żvediżi.

X’ġara iktar fit-3 ta’ Settembru fis-snin l-imgħoddija?

  • Fl-1943, il-fdalijiet tal-ajruplan Gloster Gladiator, imlaqqam Faith, wiehed mil-ftit ajruplani li setgħu jiddefendu l-gżira minn ħbit mill-ajru Taljan meta faqqghet il-gwerra, ġew ippreżentati lill-poplu Malti mill-awtoritajiet kolonjali Ingliż Għall-ewwel il-fdalijiet kienu għall-wiri fl-armerija tal-palazz, izda fis-snin 70 l-ajruplan ġie restawrat u mpoġġi fil-mużew tal-gwerra fil-Forti Sant’Iermu.
  • Fl-1983, id-diska numru wieħed fl-Ingilterra kienet Red Red Wine tal-UB40
  • Fl-2002, kien ġie inawgurat il-Millennium Stand tal-Istadium Nazzjonali, li sewa Lm3.5 miljun.

Illum

  • Il-festa ta’ San Girgor il-Kbir, Papa u Duttur tal-Knisja
  • Jum l-Indipendenza tal-Qatar
  • Jum Nazzjonali ta’ San Marino
  • Jum id-Dulliegħ
  • Jum il-Mustarda
  • Jum l-Iskyscrapers