Awdjo: “Meta kont tqila, kont inqum u norqod biċ-ċikkulata”

Sarah Attweger li hija ċokoħolika tgħid kif meta kienet qed tistenna tarbija, kienet tibda u tispiċċa l-ġurnata biċ-ċikkulata.

F’intervista waqt il-programm Kull Ħadd Frisk fuq Radju RTK, Sarah tkellmet dwar l-imħabba esaġerata li għandha għaċ-ċikkulata u qabblitha mal-crave li hemm min ikollu għas-sigaretti.

Tispjega kif bis-saħħa taċ-ċikkulata rnexxielha tegħleb il-vizzju tat-tipjip għax iċ-ċikkulata tgħin lill-ġisem jikkalma.

Tobba jsostnu li ċ-ċikkulata tgħin lill-endorfin, ormonu partikolari fil-ġisem, u b’hekk wieħed iħossu iktar kuntent.

Sarah qalet li ċ-ċikkulata għandha wkoll valur nutrittiv u permezz tagħha tirbaħ ħafna saħħa.

Il-programm Kull Ħadd Frisk jixxandar kull nhar ta’ Ħadd bejn l-10.05 am u nofsinhar.