Awdjo: Meta ġiet sospiża partita bejn Malta u l-Polonja

Bħal-lum fl-1980 intlagħbet fl-Istadium tal-Gżira, logħba futbol ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-1982 bejn Malta u l-Polonja, partita li ġiet sospiża f’nofs it-tieni half meta r-referee Jugoslav iġġudika gowl skorjat minn offside tal-Pollakki bħala validu.

It-tim Malti. Ritratt: Tonio & Karl Farrugia; Facebook/MaltaandInternationalFootballCollection

Il-partitarji ta’ Malta bdew jissuttaw lill-uffiċjali tal-partita li kellha tiġi abbandunata. Il-FIFA kienet ordnat li partita home ta’ Malta li kien imiss tintlagħab fi stadium ieħor, u fil-fatt din, kontra l-Iżlanda, intlagħbet f’Messina, fejn ironikament, it-tim Malti irnexxielu jikseb rebħa.

Isma’ l-awdjo biex tkun taf x’ġara fis-7 ta’ Diċembru fis-snin imgħoddija.