Awdjo: Meta ġie inawgurat l-Empire Stadium tal-Gżira

Bħal-lum fl-1922 kien ġie inawgurat l-Empire Stadium tal-Gzira, b’partita bejn membri tal-ekwipaġġ tal-bastiment Ingliz HMS Ajax u għażla tal-aqwa plejers Maltin ta’ dak iż-żmien. Il-partita kienet intemmet fi draw ta’ 1-1.

Ritratt: Facebook/Empire Stadium Gzira

Meta fetaħ, l-Empire Stadium kien meqjus bħala stadium modern u pass kbir ‘il quddiem komparat ma’ dawk fejn kien jintlagħab il-futbol qabel.