Bħal-lum fl-1977, ir-re tar-Rock’n’roll Elvis Presley kien instab mejjet fid-dar tiegħu fl-età ta’ 42 sena. Il-kawża tal-mewt kienet attakk tal-qalb. Fil-karriera tiegħu, Elvis kellu 154 diska li daħlu fil-klassifika Amerikana u ħadem 31 film.
X’ġara iktar fis-16 ta’ Awwissu fis-snin l-imgħoddija?
- Fl-2018, mietet il-kantanta Aretha Franklin fl-età ta’ 76 sena.
- Fl-2016, il-kantant Peter Gabriel kien ħabbar li se jitlaq mill-grupp Genesis. Il-grupp għażel li ma jdaħħalx membru ġdid, iżda li d-drummer Phil Collins isir ukoll il-kantant tal-grupp.
Illum
- Jum l-Indipendenza tal-Gabon
- Il-Jum li fih tgħid ċajta
- Jum San Stiefnu tal-Ungerija
Fl-istorja tad-dinja
- Fl-1858, intbagħat l-ewwel messaġġ elettroniku bejn żewġ kontinenti, meta l-President Amerikan bagħat messaġġ lir-Reġina tar-Renju Unit permezz tas-sistema tat-telegrafu.
- Fl-1960, il-gżira Mediterranja ta’ Ċipru ngħatat l-Indipendenza mir-Renju Unit
- Fl-2003, kien iddebutta għal Manchester United, Cristiano Ronaldo, fir-rebħa ta’ 4-0 kontra Bolton Wanderers.
Min jagħlaq sninu llum?
- Charles Gatt, id-drummer magħruf bħala s-City
- Madonna
- L-attur komiku Steve Carell
- Id-direttur tal-films James Cameron
Miġbura minn Colin Fitz, preżentatur ta’ 103.