Awdjo: “M’emmintx meta qaluli bl-aħbar” – Il-Kardinal-elett Mario Grech

Read in English.

Il-Kardinal elett Monsinjur Mario Grech fl-ewwel kummenti tiegħu ma’ Newsbook.com.mt qal li ma emminx meta koppja ħbieb tiegħu ċemplulu u qalulu li l-Papa ħabbar li fit-28 ta’ Novembru se jkun maħtur Kardinal.

Monsinjur Grech qal li din it-telefonata fetħitlu l-bieb għal sensiela ta’ messaġġi u telefonati. Grech spjega li huwa mit-triq sar jaf li l-Papa għoġbu jafdalu dan il-ministeru. Żied li huwa ma kienx qiegħed jistenna dan u jinsab sorpriż.

Grech spjega li għadu jrid jitgħallem xi jfisser dan l-irwol. Żied li l-Kardinali jkollhom uffiċċju jew uffiċċji li jgħinu lill-Papa apparti l-Ministeru li għandu bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.