Awdjo: “Mat-tumur tneħħietli parti mill-għadma ta’ spallti” – Beppe Fenech Adami

Il-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qed jittama li l-ġimgħa d-dieħla jkun jista’ jiġi Malta. Waqt kollegament fil-programm Xarabank ilbieraħ filgħaxija, Dr Fenech Adami qal li l-proċess ta’ kura miexi tajjeb. 
Qal li issa għandu l-perijodu twil ta’ konvalexxenza fejn irid jgħaddi ftit żmien biex jerġa’ jakkwista l-movimenti ta’ spalltu u ta’ dahru.
Dr Fenech Adami spjega kif biex jitneħħielu t-tumur, kellha wkoll titneħħielu parti mill-għadma ta’ spalltu u parti minn muskolu.
Kien hawnhekk li mill-ġdid appella lill-poplu Malti sabiex jibqa’ qrib ħafna ta’ kull min ikun għaddej mill-marda tal-kanċer.
Huwa ħareġ mill-Isptar ilbieraħ stess.