Awdjo: Mario Cutajar jisħaq li l-kodiċi tal-etika hu trasparenti u kontabbli

Meta kien qed jitkellem fil-programm Newsbook fuq RTK, is-Segretarju Permanenti Prinċipali Mario Cutajar saħaq li permezz tal-kodiċi tal-etika l-ġdid, il-Gvern elabora iktar fuq it-trasparenza u l-kontabilità li l-Ministri jrid ikollhom.
Mario Cutajar 
qal ukoll li l-fatti juru li l-kodiċi tal-etika inbidlu ħafna minn dawk stabbiliti fil-kodiċi tal-etika tal-1994.
Qal li l-Gvern ra li huwa aktar għaqli li l-kodiċi jiffukaw fuq il-valuri u standards li jridu japplikaw għall-kabinett kollu. 
Spjega li l-kodiċi tal-etika jiffukaw ukoll fuq ir-relazzjoni tal-Ministri bejniethom u anke mal-Parlament kif ukoll mal-pubbliku u għaqdiet non-governattivi.
Fil-każ tal-Membru Parlamentari Franco Mercieca, Cutajar spjega kif dan kien isir anke fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista meta Ministri kienu jagħtu lekċers fl-Università ta’ Malta.
Permezz tal-aġġornament f’kodiċi tal-etika ġdid se jkunu il-Kabinett li jiddeċiedi xi jkun ta’ interess nazzjonali biex Ministru jew Segretarju Parlamentari jkomplix bix-xogħol professjonali tiegħu.
Fi kliemu huwa qal li “r-riżorsi f’Malta huma dawk li huma u ma nistgħux naħluhom.”