Awdjo: ‘Ma nistgħux naċċettaw lil kull min jixtieq jieħu sehem fil-Karnival’

Minħabba nuqqas ta’ spazju fejn jistgħu jaħdmu, bħalissa ma jistax jiġi aċċettat kull min japplika biex jieħu sehem fil-karnival,
Id-Direttur tal-Karnival, Jason Busuttil qal li din is-sitwazzjoni għandha titranġa sa tliet snin oħra meta jitlesta l-Villaġġ tal-Karnival fil-Marsa.
Spjega li l-ġimgħa d-dieħla, se jiġu ppreżentati d-dettalji ta’ dan il-villaġġ li mistenni jkollu attivitajiet għaddejjin is-sena kollha.
Jason Busuttil kien qed jitkellem waqt il-programm Valletta 2018 – Belt Unika fuq RTK.
Il-Karnival ta’ din is-sena jibda fil-11 ta’ Frar.

Ritratt: Facebook