Awdjo: Ma kontx eċitata iżda ħadt gost- Federica Falzon

Il-kantanta ta’ 11-il sena Federica Falzon ilbieraħ qatgħet xewqitha u kantat mat-tenur Malti ta’ fama internazzjonali Joseph Calleja, waqt il-kunċert tiegħu fuq il-Fosos tal-Furjana.
F’kummenti lil Newsbook.com.mt, Federica qalet li minkejja li kienet ilha żmien tistenna dan il-mument jasal, ma kinitx eċitata, iżda ħarġet fuq il-palk u għamlet minn kollox biex tieħu gost.
Minbarra li kellha x-xorti li tkanta ma’ Joseph Calleja, Federica qalet li qabel ma ħarġet fuq il-palk iltaqgħet mal-kantanti Claudio Baglioni u Leona Lewis u ħadet ukoll ritratt magħhom.
Dwar xewqat oħra li għandha, Federica qalet li tittama li tmur tajjeb fil-Junior Eurovision li se jsir f’Novembru li ġej.
Kien Joseph Calleja stess li minn Londra stieden lil Federica biex tkanta miegħu waqt il-kunċert tal-bieraħ, wara li esprimit din ix-xewqa fuq il-programm f’Min qed Taħseb? fuq RTK.