Awdjo: “Ma ħallewniex niżirgħu fl-għalqa tagħna minħabba Brangelina”

Sid għalqa fi Mġarr ix-Xini din il-ġimgħa, ma tħalliex jidħol fl-għalqa tiegħu minħabba l-ġbid tal-film By The Sea ta’ Angelina Jolie u Brad Pitt.
Waħda mill-qraba ta’ sid l-għalqa esprimiet id-diżappunt tagħha ma’ Newsbook.com.mt, u sostniet li la hi proprjetà privata għandha tkun aċċessibbli.
Qalet li s-soltu jitolbuhom il-karta tal-identità fil-bidu tat-triq li tagħti għal Imġarr ix-Xini, iżda din il-ġimgħa ma ħallewhomx jgħaddu.
Żiedet tgħid li tal-inqas kellhom jiġu avżati f’liema ħinijiet ma setgħux imorru fl-għalqa.
Spjegat li Tal-Gruwa fejn għandhom l-għalqa huma, hemm ħafna għelieqi tan-nies. Sostniet li biex jidħlu fl-għelieqi tagħhom ma jridux jinżlu sal-bajja ta’ Mġarr ix-Xini fejn qed isir il-ġbid tal-film.
Mistoqsijiet li Newsbook.com.mt bagħat lill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom ma ġewx imwieġba.