Awdjo: L-MCESD se jiddiskuti l-problema tat-traffiku

Il-ġimgħa d-dieħla fuq talba tal-MHRA, l-MCESD se jkun qed jiddiskuti l-problema tat-traffiku f’Malta.
Kien iċ-Ċermen tal-MCESD John Bencini li waqt il-programm Ma’ Bundy fuq RTK qal li l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA ressqet it-talba biex il-problema tat-traffiku tiġi fl-aġenda tad-diskussjonijiet tal-imsieħba soċjali.
John Bencini qal li l-konġestjoni tat-traffiku li għandna fit-toroq qed tħalli effett negattiv fuq l-ekonomija tal-pajjiż.
Qal li minħabba din il-problema, il-Gvern qed jitlef il-miljuni.
Spjega li matul il-laqgħa tal-MCESD se jkun hemm preżentazzjoni mill-MHRA u se ssir diskussjoni biex l-imsieħba soċjali jwasslu lill-Gvern, x’impatt ekonomiku qed tħalli din il-problema fuq il-poplu.