Awdjo: ‘L-iżvilupp tat-tfal ma joqgħodx biss fuq l-edukazzjoni formali’ – MUT

Mitlub jikkummenta dwar dak li qal il-Ministru Evarist Bartolo li 15% tal-iżvilupp tat-tfal hu f’idejn l-għalliema, il-President tal-Unjin tal-Għalliema sostna ma’ Newsbook li ċ-ċifra ta’ 15% hi kemmxejn baxxa, iżda ma titlax għal aktar minn 30%.

Il-President tal-MUT Kevin Bonello spjega li hemm fatturi oħra li jiddeterminaw sa 70% tal-iżvilupp tat-tfal, fosthom il-mod li bih dawn jittrabbew fil-familja u fil-kommunità.

Mistoqsi jekk dan il-fatt iwassalx għal demotivazzjoni fl-għalliema fil-bidu ta’ sena ġdida, Kevin Bonello żied jgħid li l-għalliema jafu b’dan u li l-iżvilupp tat-tfal ma joqgħodx biss fuq l-edukazzjoni formali li dawn jieħdu mill-iskola.