Awdjo: L-istudenti Għawdxin iridu trattament ugwali

Il-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) qed jappella lill-awtoritajiet għal trattament ugwali fl-iskemi ta’ refużjoni li minnhom jibbenefikaw studenti Maltin u Għawdxin.

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Ryan Mercieca, il-President tal-GUG li qal li minkejja li l-grupp laqa' b'sodisfazzjon il-fatt li studenti Maltin li jattendu l-ITS f'Malta se jibda jkollhom xi lezzjonijiet f'Għawdex, saħaq li l-istudenti kollha għandhom jiġu trattati l-istess. 

Studenti Għawdxin li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li jinsabu mħassba għax qed jiġu trattati differenti minn tal-ITS.

Fost l-oħrajn semmew li l-istudenti tal-ITS se jkunu qed jaqsmu l-fliegu mingħajr ma jħallsu, jingħataw ikla, kif ukoll għandhom servizz ta’ trasport b’xejn mil-lokalità tagħhom għaċ-Ċirkewwa.

L-istudenti Għawdxin sostnew li minkejja li minn dejjem ħallsu minn buthom l-ispejjeż tal-vapur imbagħad jieħdu refużjoni, qatt ma ngħataw ikel b'xejn.

Saħqu li jinsabu wkoll urtati għall-fatt li huma ilhom snin bi problemi fit-trasport pubbliku, u l-istudenti tal-ITS se jkollhom trasport dirett mil-lokalità tagħhom.

Ħalli l-kumment tiegħek hawn.