Awdjo: ‘L-ID cards ġodda se jinkludu tagħrif mediku tal-individwu’ – Dr Lawrence Gonzi

Il-Prim Ministru u kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Lawrence Gonzi, qal li l-karti tal-identità l-ġodda li għadhom iridu jidħlu fis-seħħ, se jkollhom l-istorja medika kollha tal-individwu.

Madankollu, għad fadal x’isir biex jiġu introdotti dawn id-dokumenti elettroniċi.

Dr Gonzi qal dan waqt attività politika bit-tema ‘Qalb il-Familja’, li fiha ffoka fuq is-settur tas-saħħa.

Huwa qal li f’dan il-qasam, mhuwiex biżżejjed li jkollok sptar u tobba tal-ogħla livell. Għaldaqstant, saret ħidma għal titjib fil-kura preventiva u fil-kura primarja.

Huwa faħħar il-ħidma li saret mill-Ministru Joe Cassar f’dawn l-aħħar snin, fejn sar ħafna titjib u s-saħħa baqgħat b’xejn.

Il-Prim Ministru temm jgħid li gvern Nazzjonalista ma jħossux li għandu jindaħal fl-għażla tal-familji ta’ min iridu bħala tabib tal-familja. Għaldaqstant, il-PN jippreferi li jgħaddi aktar poteri lit-tobba, biex anke jkunu jistgħu jordnaw li jsiru xi testijiet li fil-preżent ma jistgħux.