Awdjo: L-għasafar qed jingħataw ħajja aħjar fil-magħluq – Lawrence Formosa

Il-klabb tal-falkunieri Maltin 'Fridericus Rex Malta Falconers' illum stieden lill-pubbliku biex jammira mill-qrib numru sabiħ ta’ falkuni fil-Buskett. 
Tkellimna mad-Direttur tal-klabb, Lawrence Formosa.  Mistoqsi dwar il-Jum Dinji tal-Falkunerija, hu qal li bħal din il-ġurnata, l-UNESCO, kienet aċċettat il-falkunerija bħala wirt kulturali intanġibbli. 
Formosa qal li hu japprezza l-fatt li l-UNESCO, aċċettat kemm huwa passatemp diffiċli u li wieħed għandu jkollu dedikazzjoni partikolari.
Lawrence Formosa iddefenda l-fatt li dawn l-għasafar tal-priża jinżammu parzjalment fil-magħluq.  Fi kliemu dawn mhux tip ta’ għasafar attivi u allura mhux qed issir moħqrija fuqhom.