Awdjo: L-Għanja tal-Poplu 2019 – Philip Vella

Ritratt: Joseph Agius Attard

Il-Verità hija l-isem tas-16 u l-aħħar kanzunetta finalista fit-43 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu – Festival tal-Kanzunetta Maltija li se jsir nhar il-31 ta’ Awwissu ġewwa Pjazza Teatru Rjal bi preżentazzjoni ta’ Corazòn Mizzi.

Il-kanzunetta hija nterpretata minn Philip Vella, li huwa wkoll l-awtur u l-kompożitur tal-istess silta.

Il-kanzunetta 

Il-verità hi li kulħadd jigdeb, min kultant, u min għax hu vvizzjat. Din ġiet pruvata xjentifikament għal bosta drabi. Kulħadd jaqbel li jekk tigdeb tagħmel ħażin. Biss huwa żgur li kulħadd kien vittma ta’ xi gidba, u mill-banda l-oħra, huwa żgur ukoll li xi darba ħafna weġgħu lil xi ħadd b’gidba. Tajjeb li inkunu konxji li meta nużaw kull mezz ta’ komunikazzjoni, ngħidu l-verità biex dejjem inkunu fdati.

Philip Vella

Ritratt: Joseph Agius Attard

Philip Vella hu wieħed mill-kantanti popolari mal-Maltin għall-kanzunetti tiegħu bħal X’Jimpurtani, Marija, Kemm Jien Beżżul u ħafna oħrajn.

Għandu 4 cds ta’ suċċess bil-kanzunetti kollha bil-Malti. Philip għandu ħafna għal qalbu il-festival ta’ L-Għanja tal-Poplu, fejn rebħu darbtejn bil-kanzunetti Kemm jien Beżżul u Fil-Każ Grazzi.

Philip Vella hu wkoll wieħed mill-kompożituri ewlenin f’pajjiżna u rebaħ ħafna minn dawn  għal aktar minn darba.